Il-Promethean Planet hi l-akbar komunita’ ta’ whiteboards interattivi fid-dinja. Għalliema fil-klassijiet madwar id-dinja jistgħu jagħmlu u jaqsmu flimkien lezzjonijiet ġodda u innovattivi, jaċċessaw varjeta’ kbira ta’ riżorsi u jikkuntattjaw għalliema oħra madwar id-dinja li huma membri ta’ din il-komunita’.
Bħalissa dan is-sit elettroniku hu bl-Ingliż, iżda hu ppjanat li jkun hemm verżjoni Maltija ta’ dan is-sit u jkun utli li minn żmien għal żmien wieħed jidħol f’dan is-sit.
Għalhekk, irreġistra issa mal-Proethean Planet billi timla’ ftit dettalji fil-formula ta’ reġistrazzjoni u tkun mgħarraf appena s-sit bil-Malti jkun lest.